Kurżitajiet
Tmur għat-tifla d-daycare u ssib li qaxxrulha s-suf t’għajnejha

Omm f’Washington intebħet li lill-bintha qaxxrulha s-suf ta’ għajnejha fid-Daycare centre.

Alyssa Salgado, li tieħu lit-tifla tagħha ta’ sentejn fid-daycare CBC, indunat li lit-tilfa tagħha neħħewlha s-suf t’għajnejha bil-waxing.

L-omm qalet li għall-ewwel ħasbet li t-tifla kellha xi girfa iżda meta ħarset sew lejn bintha ndunat li l-gilda kienet ħamra u mingħajr suf.

Salgado qalet li ħadd ma kellu d-dritt jagħmel li għamel.  Minkejja li kkuntattjat lil min imexxi d-Daycare, ħadd ma ta wiċċ u meta marret taffaċċjhom ċaħdu kollox u qalu li l-omm kienet qed tirreaġixxi mix-xejn.

Salgado xtaqet taqsam l-istorja tagħha fuq Facebook fejn l-istorja ġiet shared ‘il fuq minn 22,000 darba. Kienu bosta fuq il-midja soċjali li rreaġixxew u kkundannaw lis-CBC Daycare.

Aħbarijiet Oħra
Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Meta konna żgħar, għall-bidu ta’ Novembru, tal-iskola kienu jagħtuna kaxxa tal-kartun kemmxejn ċatta, qisha gabarrè kbir li fiha kien ikollna ħafna pepprin tal-karta…

Barranin

L-iskart ta’ wieħed huwa t-teżor ta’ ieħor. Hekk jiddeskrivi l-karriera tiegħu Artur Brazhe, disinjatur tal-moda favur l-ambjent. Brazhe huwa minn Kursk u ilu jiddisinja ħwejjeġ minn affarijiet riċiklabbli għal dawn…

Kurżitajiet

Ħaddiema ta’ kumpanija Belġjana tal-metall dalgħodu sabu sorpriża wara tmiem il-ġimgħa hekk kif skoprew li kellhom bonus ta’ €30,000 fil-kont bankarju tagħhom. Filwaqt li wħud issuspettaw li l-flus spiċċaw għandhom…

Barranin

Diversi nies ma jirnexxilhomx jew ibatu biex jorqdu. Huma diversi raġunijiet għala wieħed ma jkunx jista’ jorqod fosthom għax wieħed ma jkunx xorob biżżejjed ilma matul il-jum. Skont riċerka li…

Aktar