Barranin
Tmut 3 ijiem wara li żżewġet lill-imħabba tat-tfulija

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla.

Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017 feġġilha kanċer rari magħruf bħala sarcoma. Ftit wara l-kanċer imxielha għall-pulmun u meta saret taf biex tikteb dak li tixtieq tagħmel.

Fost dawk kien hemm li pproponiet lill-ħabib tal-qalb tagħha u l-għarus Joey Williams fl-isptar tat-tfal St Joseph fi Florida.

It-tabib qalha li l-qagħda tagħha kienet severa u ma tistax tibqa’ tistenna u għalhekk il-koppja żżewġet fl-isptar waqt li t-tfajla kienet qed tieħu l-maskla tal-ossiġnu. Min-naħa tagħhom il-ħaddiema tal-isptar ħadu ħsieb li jarmaw il-kamra tagħha għat-tieġ.

Qabel ma mietet Nina u Williams raw ir-ritratti tat-tieġ flimkien. Williams qal li r-ritratti għoġbuha ħafna u li hu kuntent ħafna li rnexxielhom jiżżewġu, anke jekk damu biss jumejn, 15-il siegħa u 27 minuta. Nina ndiefnet bil-libsa tat-tieġ.

Il-koppja saret taf lil xulxin meta kellhom 8 u 6 snin wara li skoprew li kienu joqogħdu 10 minuti biss ‘il bogħod minn xulxin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu.  Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor…

Barranin

In-Nunzju Appostoliku għal Franza Monsinjur Luigi Ventura qed jiġi investigat mill-Pulizija Franċiża dwar każ ta’ fastidju sesswali.  Monsinjur Ventura għandu 74 sena u ilu f’din il-kariga mill-2009. Skont il-ġurnal Franċiż…

Kurżitajiet

Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda.  Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot. Ikel rikk fil-karboidrati u…

Barranin

L-FBI ippubblikat diversi tpenġijiet li saru minn qattiel ta’ 93 mara bejn l-1970 u l-2005 bit-tama li tidentifika min huma l-vittmi.  S’issa ġew identifikati biss 36 mit-93 vittma. Is-serial killer,…

Aktar