Lokali
Tmut anzjana waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19

Anzjana ta’ 73 sena mietet fl-Isptar Mater Dei waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19. Dan ifisser li l-persuni li mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19 mindu faqqgħet il-pandemija f’Malta telgħu għal 421.

L-aħħar persuna li kienet tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 kien bejn is-16 u s-17 ta’ Ġunju li għadda.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 171 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 92 persuna oħra. B’hekk, in-numru ta’ każijiet attivi bħalissa fi gżiritna huwa ta’ 2,373.