Barranin
Tmut bil-kanċer ftit jiem wara li welldet u żżewġet

Omm ta’ żewġt itfal tilfet il-batalja tagħha kontra l-kanċer ftit jiem wara li welldet it-tarbija tagħha u wara li żżewġet.

Tracey Keers, Ingliża ta’ 33 sena welldet lit-tifla tagħha Kyla meta kellha 28 ġimgħa tqala. Dan minħabba li t-tobba sabu li Tracey Keers kellha kanċer terminali.

Hi u żewġha Steven iżżewġu lejn l-aħħar ta’ Marzu. Żewġha qal li l-kanċer kien feġġilha fl-2016.

Steven qal li huma xtaqu li jkollhom tarbija u għalhekk kienu pprovaw bl-IVF fejn kienu ffriżaw 13-il bajda.

Madankollu f’Settembru kienet inqabdet tqila u stqarr li kienu kuntenti se jtiru għax qatt ma bassru li setgħet tinqabad tqila.

Madankollu l-ferħ tagħhom sfuma meta Tracey bdiet tbati minn uġigħ ta ras u tkun ma tiflaħx. Meta għalqet 24 ġimgħa tqila t-tobba qalulha li reġa’ feġġ il-kanċer u kien terminali.

Spjega li meta ġiet biex twelled it-tobba qalulha li abbli ma jirnexxilhiex issalva mill-operazzjoni. Hija bdiet tinkwieta li mhux se jirnexxielha tara t-tarbija tagħha imma bid-determinazzjoni tagħha hija rnexxielha toħroġ ħajja mill-operazzjoni u tara lil bintha.

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira huma żżewġu fl-isptar stess. Huwa għamilha sorpriża billi organizza tieġ ħelu u stieden lil diversi nies.

Madankollu fit-8 t’April hija bdiet sejra lura. Huwa qal li ħaddanha miegħu u ftit wara tilfet ħajjitha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tifel ta’ 3 snin sofra ħruq gravi f’wiċċu u f’dirgħajh f’attakk bl-aċtu li xxokkja l-komunità ta’ Worcester, fir-Renju Unit. It-tifel kien attakkat ġo ħanut tal-fajjenza llum waranofsinhar, bil-mottiv li għadu…

Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Barranin

Raġel fl-Etjopja kien arrestat wara li pprova jqajjem raġel mill-mewt u ma rnexxilux. Getayawkal Ayele, li jridha ta’ profeta, mar għand il-qraba ta’ raġel mejjet u kkonvinċihom li seta’ jqajmu…

Barranin

Il-pulizija f’Los Angeles, fl-Istati Uniti, arrestat raġel li żamm numru ta’ ostaġġi u għalaq lilu nnifsu f’ħanut. L-arrest temm tliet sigħat ta’ terrur għall-ostaġġi li matulhom l-agressur spara u qatel…

Aktar