Barranin
Tmut il-ġurnalista Nadia Toffa

Mietet il-ġurnalista Taljana Nadia Toffa fl-età ta’ 40 sena wara li tilfet il-ġlieda tagħha kontra l-kanċer.

Toffa tibqa’ mfakkra b’mod partikolari għall-programm ferm popolari Le Iene. Kienet il-paġna ta’ Le Iene fuq Facebook li ħabbret il-mewt tagħha. Minnufih eluf ta’ nies bdew jibagħtu l-messaġġi ta’ kondoljanzi.

Hija kienet ilha tiġġieled il-kanċer f’rasha minn Diċembru 2017. Hija kienet ġiet operata u tneħħilha t-tumur kollu madankollu sfortunatament ftit xhura wara reġa’ ħarġilha l-kanċer. 

Hija baqgħet tipparteċipa fil-programm iżda f’Mejju li għadda hija ma setgħetx tkompli minħabba li kienet għaddejja bit-trattamenti għall-kanċer.

Minkejja li kellha l-kanċer hija baqgħet turi kuraġġ u kienet ferm pożittiva.

E forse ora qualcuno potrebbe pensare che hai perso, ma chi ha vissuto come te, NON PERDE MAI.Hai combattuto a testa…

Gepostet von Le Iene am Montag, 12. August 2019

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar