Barranin
Tmut il-kantanta María Mendiola magħrufa għall-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie

Mietet il-kantanta María Mendiola li fost l-oħrajn hija magħrufa għall-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie.

Mendiola mietet fl-età ta’ 69 sena mdawra bill-familjari tagħha s-Sibt filgħodu f’Madrid.

Hja kienet parti mid-duo Spanjol Baccara li kien ifformat mal-kantanta Mayte Mateos fl-1977.

Il-kanzunetta Yes Sir, I Can Boogie kienet għamlet suċċessi kbar u kienet telgħet fil-quċċata taċ-charts mużikali f’għaxar pajjiżi Ewropej. Kienu nbiegħu aktar minn 16-il miljun kopja ta’ din id-diska.