Kronaka
Tmut il-mara li ndarbet serjament f’ħabta f’Għajnsielem

Tilfet ħajjitha l-mara li kienet involuta f’ħabta bejn żewġ vetturi f’Għajnsielem l-għada ta’ Santa Marija.

Il-mara, Latvjana ta’ 41 sena li tgħix is-Swieqi, kienet riekba f’vettura tal-għamla Jago Geep flimkien ma’ tliet persuni oħra.

Il-mara ġarrbet ġrieħi serji meta l-Geep ħabtet ma’ Daihatsu Terios li fih kien hemm ħames persuni oħra.

Fil-każ għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridget Sultana.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Mara fil-periklu tal-mewt fost 9 mweġġgħa f’ħabta f’Għajnsielem

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta kellha taddatta wkoll għar-realtajiet ġodda imposti mill-Covid-19. Minkejja li kellhom jitħassru għadd ta’ kunċerti, fosthom “Strings in Spring”, bis-sehem tal-vjolinista ċelebri, Carmine Lauri, il-mużiċisti xorta se…

Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

Aktar