Barranin
Tmut is-simbolu internazzjonali tal-kampanja tixrobx jekk se ssuq

Jacqui Saburido, is-simbolu tal-kampanja internazzjonali tixrobx jekk se ssuq, mietet fl-età ta’ 40 sena wara li ħakmitha l-marda tal-kanċer.

Il-ħajja għal Saburido ma kinetx kollha ward u żahar hekk kif fl-età ta’ 20 sena, kellha tgħaddi minn traġedja fejn tilfet lil sħabha u spiċċat f’xifer il-mewt.

Fl-1999 hija kienet sejra lura d-dar ma’ sħabha wara ħarġa meta karozza misjuqa minn raġel xurban baqgħet dieħla f’tagħhom. Tnejn minn sħabha mietu mad-daqqa u fl-inċident, il-vettura li kienu qegħdin fiha qabdet u nbelgħet bin-nar. Kawża tan-nirien, Jacqui sofriet 60% ħruq f’ġisimha u kellha bżonn ‘il fuq minn 100 operazzjoni.

Minkejja li Jacqui tilfet widnejha, imneħirha, xuftejha u xagħarha, b’kuraġġ ta’ sur iddeċidiet tibda tidher fil-pubbliku biex tqajjem kuxjenza dwar il-konsegwenzi li jġib miegħu s-sewqan taħt l-effett tax-xorb.

Hija qalet li ġiet fid-dinja għal skop u temmen li dak li ġralha kellu jiġrilha biex teduka lill-pubbliku.

Is-sewwieq xurban li ħasad il-ħajja ta’ sħab Jacqui u li kważi tilfilha l-identità tagħha, kien instab ħati bil-qtil ta’ żewġ persuni taħt l-effetti tax-xorb u ngħata 7 snin priġunerija.

 

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Barranin

Fi Kyoto fil-Ġappun mill-anqas 26 persuna tilfu ħajjithom u għexieren oħra ndarbu f’nirien li tqabbad apposta minn raġel fi studio tal-animazzjoni. Rapporti qed jgħidu li madwar 36 persuni ttieħdu lejn…

Barranin

Fl-istat ta’ Massachusetts l-Istati Uniti l-prosekuturi waqqgħu l-akkuża kriminali kontra l-attur Kevin Spacey. Spacey ta’ 59 sena kien akkużat li abbuża sesswalment minn ġuvni ta’ 18-il sena tliet snin ġo…

Barranin

Fil-belt ta’ Sinaloa fil-Messiku, in-nies ferħet għall-aħbar li fl-Istati Uniti, il-kap tal-ikbar ċirku ta’ traffikar ta’ droga bejn il-Messiku u l-Istati Uniti, Joaquin El Chapo Guzman, ingħata sentenza ta’ għomor…

Aktar