Barranin
Tmut l-attriċi li kienet inħatfet mill-Korea ta’ Fuq

Attriċi mill-Korea t’Isfel li kienet inħatfet mill-Korea ta’ Fuq u kienet imġiegħla biex taħdem il-films għall-istat mietet fl-età ta’ 92 sena.

Choi Eun-hee kienet attriċi magħrufa fil-Korea t’Isfel. Hija kienet inħatfet taħt ir-reġim ta’ Kim Jong-il fl-aħħar snin tas-sebgħinijiet.

L-eks raġel tagħha, Shin Sang-ok, direttur famuż tal-films, ukoll kien inħataf xi xhur wara. Huma kienu rnexxielhom jaħarbu.

Min-naħa tagħha l-Korea ta’ Fuq dejjem ċaħdet li ħatfet lil din il-koppja.

Hija flimkien ma’ Shin Sang-ok (li maż-żmien kienu żżewġu) kienu pijunieri fil-qasam tagħhom u magħrufa. Lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet huma ħadu d-divorzju u kien hemm li l-karriera tagħha qabdet it-triq tan-nieżla. F’dak il-mument hija ġiet avviċinata minn persuna li introduċiet ruħha bħal negozjant minn Hong Kong u tatha proposta biex tifforma kumpanija tal-films.

Meta kienet marret Hong Kong hija nħatfet minn grupp ta’ rġiel. Minkejja li kienu ħadu d-divorzju, hija u l-eks raġel tagħha kienu baqgħu f’kuntat.  Shin Sang-ok kien mar ifittixha f’Hong Kong u kien hemm li hu nħataf ukoll.

Tmien snin wara r-reġim tal-Korea ta’ Fuq ħallihom imorru Vjenna biex jirrikklamaw il-films tagħhom. Hemm huma kisbu l-ażil mill-Ambaxxata Amerikana u marru lura l-Korea t’Isfel sena wara. Ir-raġel tagħha kien miet fl-2006.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ġenn u paniku ħakem lil kull min jinsab f’Mont San Michel dalogħdu waqt operazzjoni ta’ evakwazzjoni. It-turisti kollha ġew evakwati filwaqt li r-residenti ġew mitluba jibqgħu ġewwa hekk kif raġel…

Barranin

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ…

Barranin

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-belt ta’ Chicago jipprotestaw u jikkundannaw l-attakk li sar mill-Istati Uniti, fuq faċilitajiet fis-Sirja fejn jinħadmu l-armi kimiċi fuq suspett li s-Sirja użathom fil-belt ta’ Douma….

Barranin

L-attur Verne Troyer, li huwa magħruf l-aktar għall-parti li interpreta ta’ Mini-Me fis-serje ta’ Austin Powers, miet fl-età ta’ 49. Troyer li kien fih biss 81cm, ħadem ukoll fil-filma ta’…

Aktar