Barranin
Tmut l-attriċi Olivia de Havilland

Meqjusa bħala waħda mill-attriċi klassiċi li qatt ħarġu minn Hollywood, tħabbret il-mewt ta’ Olivia de Havilland, magħrufa għall-parti tagħha fil-film Gone With The Wind li ħareġ fl-1939.

Hija kellha 104 snin u mietet fid-dar tagħha f’Pariġi.

De Havilland rebħet żewġ Oscars tul il-karriera tagħha, li bdietha bħala l-attriċi ewlenija fil-films ta’ Errol Flynn. Iżda d-debutt ewlieni jibqa’ dak fil-parti ta’ Melanie Hamilton fil-film klassiku Gone With The Wind.