Barranin
Fl-Italja tmut it-tieni persuna bil-coronavirus

Fl-Italja, tmut it-tieni persuna fi spazju ta’ ftit sigħat riżultat tal-coronavirus, hekk kif il-każijiet li rriżultaw pożittiv għal virus telgħu għal 53. L-aħbar tal-mewt ta’ mara li skond l-aġenzija tal-aħbarijiet Taljana Ansa għandha aktar minn sebgħin sena, waslet għal allarm fir-Reġjun tal-Lombardia, bir-residenti kienu mwissija ma jersqux lejn il-kamra tal-emerġenza.

46 persuna fil-Lombardija, 12 fir-Reġjun ta’ Veneto u ieħor fil-Piemonte huma rrapurtati li għandhom il-virus.

Ħadd ma jista’ jidħol jew joħroġ minn għaxart ibliet fejn kienu rrapurtati każi ta’ Coronavirus. It-toroq fihom kienu battala, b’tabelli jindikaw li postijiet pubbliċi kienu magħluqa. Aktar minn 50,000 resident intalbu jibqgħu ġewwa waqt li diversi attivitajiet, fosthom ċelebrazzjonijiet tal-karnival, quddies u attivitajiet ta’ sport skedati għal din il-ġimgħa, fosthom il-logħba mis-serje B bejn Ascoli u Cremonese tħassru.

Matul il-lejl, anzjan ta’ 78 sena kien l-ewwel persuna li miet fl-Ewropa wara li marad bil-coronavirus.

Adriano Trevisan kien wieħed fost it-18-il persuna kkonfermati li kellhom l-coronavirus fl-Italja.

Il-missier ta’ tlieta miet fi sptar f’Padua fejn kien qed jinżamm ma’ persuna oħra li kellhom l-virus, li qed jiġi msejjaħ COVID-19.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li kollox jinsab taħt kontroll u li l-Gvern qed jieħu miżuri ta’ prekawzjoni għoljin. Fis-sitta u nofs mistenni jitlaqqa b’emerġenza uħud mill-Ministri fil-kwartieri ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili f’Ruma biex jittieħdu miżuri.

Il-ministru tas-saħħa taljan Roberto Speranza qal li fost il-miżuri, l-awtoritajiet qed jaraw ma min kellhom kuntatt dawk li rriżultaw pożittiv għall-virus.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wuhan terġa tistejqer Wuhan, il-belt Ċiniża li fiha faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus, mil-lum bdiet tistejqer mir-restrizzjonijiet imposti xahrejn ilu u li ħallew 11-il miljun resident maqfulha f’darhom. Karozzi u roti reġgħu…

COVID-19

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti se tipproduċi 100,000 ventilators f’100 jum. Trump wiegħed li pajjiżu se jkun qed jipproduċi ħafna ventilators biex jgħin kemm lill-Istati Uniti u…

Barranin

Rekord ta’ mwiet fl-Italja bil-Coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa, mietu 969 persuna bil-Covid-19. Din l-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja f’ġurnata waħda. B’kollox, fl-Italja tilfħu ħajjithom 9,134 persuna. Fl-Italja hemm ikkonfermati 86,498…

COVID-19

Il-Ministru tas-Saħħa Ingliż, Matt Hancock, ukoll ittestja pożittiv għall-Coronavirus. Hu qiegħed fi kwarantina u għandu sintomi ħfief tal-Covid-19. Ara wkoll: Boris Johnson infettat bil-Coronavirus

Aktar