Annimali
Tmut l-uniku speċi mara ta’ fekruna tal-ilma tar-razza Yangtze

Daqqa ta’ ħarta għal waħda mill-ispeċi rari ta’ fkieren tal-ilma wara li, l-uniku speċi mara tal-fekruna tal-ilma tar-razza Yangtze mietet fiż-zoo ta’ Suzhou fiċ-Ċina.

Fid-dinja huwa magħruf li fadal biss tliet fkieren oħra rġiel tar-razza Yangtze. Id-dDputat Direttur taż-zoo Suzhou, Chen Daqing qal li bil-mewt tal-fekruna li kellha 90 sena, din ir-razza partikolari tinsab f’periklu imminenti ta’ estinzjoni, anke minħabba l-fatt li t-tliet fkieren li fadal għandhom mal-mitt sena.

Din il-fekruna rari waqqfet tipproduċi 11-ilsena ilu u dan l-aħħar speċjalisti veterinarji pruvaw proċess ta’ inseminazzjoni artifiċjali, iżda dan it-tentattiv falla bir-riżultat li mietet anke l-fekruna.