Kronaka
Tmut Maggie Smith, il-mara li ġġarfitilha d-dar fil-Mellieħa

Maggie Smith, l-anzjana li ġiet salvata minn binja li ġġarrfet fil-Mellieħa, mietet aktar kmieni dalgħodu.

Smith kienet ħelsitha ħafif meta l-binja li kienet qed tgħix fiha ċediet fit-8 ta’ Ġunju, fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Janet Walker, li flimkien ma’ familtha wkoll għaddiet mill-istess esperjenza wara li ġġarfet darhom fil-Ħamrun, esprimiet id-diqa bl-aħbar.

Walker ippjanat li tiġbor fondi għal dawk il-familji li tilfu darhom fl-aħħar xhur, inkluża wkoll Maggie Smith.

Sal-bieraħ, kien għadu qed jitwaqqa’ dak li kien għad fadal mill-binja li ġġarrfet.

 

 

AĠĠORNAT (2): Mara salvata minn binja li ġġarrfet fil-Mellieħa

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Edukazzjoni

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom. Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’…

Aktar