Partit Nazzjonalista
Tmut Maria Tabone, il-mara tal-eks President Ċensu Tabone

Mietet Maria Tabone, mart l-eks President Ċensu Tabone, fl-età ta’ 98 sena.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-mewt ta’ Maria Tabone dalgħodu tfisser telfa għal Malta, telfa ta’ mara dinjituża li tat servizz twil u fil-kwiet lil Malta flimkien ma’ żewġha Ċensu Tabone fl-ogħla karigi tal-pajjiż.

Miżżewġa tabib fl-eqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija, Maria Tabone appoġġjat lil żewġha Ċensu Tabone fir-riċerka tiegħu fil-kura tal-għajnejn, fit-twaqqif tal-Unjin tat-Tobba, fit-trobbija tat-tfal tagħhom, kif ukoll fis-servizz tiegħu fil-politika Maltija fi żmien imqalleb ħafna u mbagħad fir-restawr tan-normalità politika.

Fl-istqarrija, il-PN qal li meta żewġha, wara li kien Ministru tal-Affarijiet Barranin, inħatar President ta’ Malta fl-1989, Maria kompliet tkun il-figura ta’ appoġġ b’dinjità u determinazzjoni kwieta.

Intant, fi stqarrija, il-President Marie Louise Coleiro Preca esprimiet is-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sinjura Maria Tabone u estendiet il-kondoljanzi f’isimha u f’isem il-poplu Malti u Għawdxi f’kuntatt telefoniku mal-familjari tas-Sinjura Tabone.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Lokali

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…

Aktar