Barranin
Tmut Nicoletta wara 10 snin fuq il-qabar ta’ sidha

Fl-Italja tħabbret il-mewt ta’ Nicoletta, kelba ta’ 14-il sena, li l-istorja tagħha misset ħafna qlub.

Nicoletta qattgħet xejn inqas minn 10 snin tgħix viċin il-qabar ta’ sidha f’ċimiterju f’Ischia, preċiżament minn Jannar 2009.

Il-kelba ġiet addottata mill-ħaddiema taċ-ċimiterju u r-residenti tal-gżira, li kienu jitimgħuha u jieħdu ħsiebha. Dan l-aħħar kien ċar iżda li s-saħħa tagħha bdiet tiddeterjora kawża tal-età avvanzata tagħha.

Ingħad li Nicoletta kienet tqatta’ sigħat sħaħ fuq il-qabar ta’ sidha, li kien mill-Ġermanja, fi storja simili għal dik ta’ Hachiko.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjal tas-sigurtà f’ajruport fi New York tkeċċiet mix-xogħol wara li tat nota lil passiġġier li fiha kien hemm miktub “Int ikrah”. Il-każ li seħħ f’Ġunju fi Greater Rochester International Airport. Il-filmat,…

Barranin

Raġel li raqad fuq saqqu li jintefaħ sab ruħu għadd ta’ kilometri ‘l bogħod fl-Istrett ta’ Messina, il-fliegu ta’ bejn l-Italja u Sqallija. Wara tfittxija ta’ disa’ sigħat, ir-raġel minn Reggio…

Barranin

Tkompli għaddejja l-kontroversja dwar il-vapur taż-żejt Iranjan li kien ilu miżmum minn Ġibiltà minn Lulju minħabba suspetti li kien qed iġorr iż-żejt lejn is-Sirja. Il-vapur issa telaq minn Ġibiltà minkejja…

Barranin

Kelliema għall-għaqda mhux governattiva Spanjola, Proactiva li topera l-vapur ‘Open Arms’ qalet li l-vapur ma jistax ibaħħar u jiżbarka fil-port ta’ Algeciras fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, minħabba li ddeskriviet is-sitwazzjoni…

Aktar