Mużika
Tmut Sarah Dash, il-kantanta tad-diska Lady Marmalade

Tħabbret il-mewt ta’ Sarah Dash, waħda mill-membri tal-grupp Labelle li jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta Lady Marmalade.

Il-kantanta Amerikana kellha 74 sena u flimkien ma’ sħabha Patti Labelle, Nona Hendry u Cindy Birdsong baqgħu magħrufa għat-taħlita ta’ rock, R&B u funk.

Il-kanzunetta Lady Marmalade reġgħet saret popolari wara li kienet irrekordjata minn Christina Aguilera, Pink, Lil’Kim u Mya.

Il-kanzunetta ntużaw bħala parti mis-soundtrack għall-film Moulin Rouge li ħareġ fl-2001.