Edukazzjoni
Tnedija ta’ kompetizzjoni ta’ kotba divertenti għall-edukazzjoni tal-kapaċità finanzjarja

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem dwar dan waqt it-tnedija ta’ kompetizzjoni għal min jixtieq jikteb kotba għall-istudenti tal-primarja bl-għan li t-tfal jifhmu u jitgħallmu aħjar kif għandhom ifaddlu u jonfqu flushom.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li fl-aħħar sigħat bdew il-laqgħat mal-istakeholders ewlenin biex lejn l-aħħar ta’ Settembru jinfetħu l-iskejjel. Enfasizza li dan irid isir billi jittieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni meħtieġa fl-iskejjel.

“Dan il-ftuħ irid isir b’mod li jara s-salvagwardji ta’ uliedna u ulied uliedna u naraw li flimkien nimxu ‘l quddiem għall-progress edukattiv tat-tfal tagħna. It-tfal tagħna għandhom dritt għall-edukazzjoni tagħhom, għandhom dritt ikomplu għaddejjin bit-tagħlim tagħhom però importanti wkoll li jieħdu l-miżuri li hemm bżonn.”

Il-Ministru Bonnici qal dan lil TVM meta kien qed jieħu sehem fit-tnedija ta’ kompetizzjoni ta’ kitba għat-tfal dwar kif għandhom ifaddlu l-flus.

Id-Direttur tal-Kurrikulu, Gaetano Bugeja, qal li l-kompetizzjoni hi miftuħa għal kull min jixtieq jikteb kotba għal żewġ kategoriji ta’ studenti fl-iskola primarja, dawk fl-etaijiet bejn il-ħames u t-tmien snin, u fl-etajiet bejn id-disgħa u ħdax-il sena. Il-kotba jistgħu jinkitbu kemm bil-Malti u wkoll bl-Ingliż u r-rebbieħa se jingħataw somma flus bħala premju.

“L-għan aħħari huwa li tkun għodda tajba f’idejn l-għalliema li bla ma ngħidulhom għax isibu għodda tajba jagħmlu użu minnha fil-klassijet.”

Il-Kap tat-tim ta’ Ġemma, David Spiteri Gingell, qal li din l-inizjattiva diġà torganizza attivitajiet oħra għat-tfal, bħal logħob, drama u kompetizzjonijiet biex it-tfal jifhmu aħjar l-importanza tat-tfaddil.

“Fuq prinċipji u valuri, iżjed ma taqbad il-bniedem żgħir ħafna iżjed għandek ċans li dak il-bniedem se jżommhom u jikbru miegħu. Given dak il-prinċipju naħseb li l-ammont ta’ xogħol li bdejna naħseb li over time għandu jħalli impatt pożittiv.”

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, qal li waħda mill-ikbar kawżi ta’ problemi soċjali hi hawn min għadu ma jafx x’inhuma l-iktar affarijiet essenzjali li għandu jixtri u fiex għandu jonfoq flusu.

“Ir-realtà hi li fil-ħajja ssib nies li jkollhom il-prijoritajiet tagħhom li mhumiex streamlined li mbagħad ikollhom problemi. Ahna qegħdin hawn biex inħallu b’din l-inizjattiva u ħafna oħrajn futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.”

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li din il-kompetizzjoni hi eżempju ċar li juri li l-edukazzjoni mhix eżerċizzju biss biex wieħed iġib il-kwalifiki, imma li jgħin lill-istudenti jsiru persuni sħaħ.

Il-kompetizzjoni tagħlaq fit-30 ta’ Settembru li ġej.

 

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar