Tneħħi ħajjitha kawża ta’ filmat tagħha fuq WhatsApp li rvinaha

Fl-Italja, tfajla Taljana ta’ 31 sena neħħiet ħajjitha b’idejha kawża ta’ filmat tagħha f’relazzjoni sesswali li nxtered fuq bosta mezzi tal-midja soċjali. Il-ħolma kerha għal Tiziana Cantone bdiet proprju b’filmat imbarazzanti tagħha li nxtered fuq Whatsapp. It-tfajla ma rnexxilhiex tegħleb il-mistħija u neħħiet ħajjitha b’idejha f’dar fejn marret tgħix ma’ ommha f’Casalnuovo, f’Napoli. It-tfajla bagħtet filmati lil xi ħbieb tagħha fuq Whatsapp, b’waħda minnhom ixxerridhomlha fuq Facebook u Twitter.
Kollox beda qisu logħba wara li l-ex tagħha waqqaf ir-relazzjoni minn magħha. Iżda dik il-logħba wasslet biex eluf kbar fuq il-midja soċjali raw dak il-filmat imbarazzanti tagħha u ma waqfux jiddieħku biha. Fil-fatt minn dak il-mument, it-tfajla daħlet f’dipressjoni kbira. Il-kummenti fuq il-web kienu iebsa ħafna, kategoriċi u biddlulha ħajjitha ta’ taħt fuq.
Tiziana ddeċidiet li titlaq minn Napoli biex tibda ħajjitha mill-ġdid u għal xi żmien marret tgħix fit-Toscana. Hija bdiet proċeduri wkoll biex tibdel l-identità tagħha. Ftit tal-jiem ilu, l-avukata tagħha, Roberta Foglia Manzillo, kisbet provvediment b’urġenza biex jitneħħew il-filmati minn fuq l-internet wara li rreferiet għal Facebook, Yahoo, Google, Youtube u l-persuni kollha involuti. Skont Monica Marrazzo, l-imħallef li segwiet il-każ, il-filmati kellhom jitneħħew minn fuq l-internet ħafna qabel u b’hekk setgħet tiġi evitata l-mewt ta’ tfajla fi fjur żogħżitha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fil-House of Commons, il-maġġoranza tal-membri parlamentari Ingliżi vvutaw favur il-ftehim milħuq dwar Brexit bejn il-Prim Ministru Boris Johnson u l-Unjoni Ewropea. Disat ijiem qabel id-data li fiha Boris Johnson irid…

Barranin

Miet Chris, il-muntun fl-Awstralja li erba’ snin ilu għaġġeb lil kull min rah bl-ammont ta’ suf li kellu. Il-muntun intlemaħ jgħix fis-selvaġġ ta’ Canberra fl-2015, u kien qed iġorr f’sitt…

Kurżitajiet

Eks futbolers professjonali għandhom tliet darbiet u nofs iktar ċans li jmutu bid-dimensja minn persuni oħra tal-istess età. Dan ħareġ minn studju ġdid ikkummissjonat mill-assoċjazzjonijiet tal-futbol, wara l-mewt tal-eks futboler…

Barranin

Il-ħajja miżżewġa ġġib sfidi għal kulħadd anke għal koppja rjali. F’intervista li xxandret fuq l-istazzjon televiżiv ITV, id-Dukessa ta’ Sussex iddeskriviet l-ewwel sena ta’ żwieġ tagħha mal-Prinċep Harry bħala waħda diffiċli….

Aktar