Kronaka
Tnejn arrestati fuq suspett li taw xebgħa lil żewġt irġiel f’Buġibba

Żewġt irġiel ġew arrestati llum fuq suspett li lbieraħ kienu involuti f’aggressjoni f’Buġibba.

Il-Pulizija qalet li kmieni lbieraħ, għall-ħabta tal-5.00am, fl-Għassa tal-Qawra daħlu żewġt irġiel barranin, b’wieħed minnhom bid-demm
ħiereġ minn wiċċu u minn rasu, fejn allegaw li kienu ġew aggrediti u attakkati b’oġġett minn xi persuni fi Triq il-Kavetta.

Il-Pulizija sejħu għalambulanza, waqt li wieħed mill-irġiel waqa’ fl-art fejn intilef minn sensih. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Ir-raġel l-ieħor ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Illum waranofsinhar il-Pulizija għamlet tfittxija f’residenza f’Buġibba, fejn arrestat Bulgaru ta’ 31 sena u Ukren ta’ 29 sena.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija f’dan il-każ għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

8 persuni miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Is-Supertendent għas-Saħħa, Charmaine Gauci qalet li fit-8 t’April persuna ta’ 33 sena ħarġet pożittiva għall-virus. Min kien fl-istess kabina miegħu…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar