Kronaka
Tnejn arrestati wara li nqabdu b’oġġetti li jintużaw għas-serq

Żewġt irġiel ġew arrestati f’San Ġiljan matul il-lejl li għadda wara li nqabdu mill-Pulizija jġorru oġġetti li jqajmu suspetti.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-arrest seħħ għall-ħabta tan-12.30am fi Triq Mikien Anton Vassalli mill-Pulizija tal-RIU li kienu qed jagħmlu spezzjonijiet fiż-żona.

Il-Pulizija waqqfu karozza tat-tip Hyundai i20 li dehret suspettuża, u li fiha kien hemm żewġ irġiel Bulgari.

Fil-karozza nstabu wkoll oġġetti li jitużaw biex jiġu sgassati s-sellaturi, balaklavi, u oġġetti oħra.

L-irġiel ġew arrestati, u l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.