Kronaka
AĠĠORNAT (2): Raġel iweġġa’ gravi f’ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Kirkop

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, wara li għall-ħabta tat-3.00 ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Kirkop. L-inċident seħħ ftit wara l-mini ta’ Ħal Kirkop, fid-direzzjoni tal-Ajruport.

Il-Pulizija qalet li karozza tat-tip Ford Escort, misjuqa minn raġel ta’ 42 sena minn San Pawl il-Baħar, tilfet il-kontroll, u ħabtet f’żewġ karozzi ta’ quddiemha. Kawża ta’ dan, żewġ karozzi oħra, baqgħu deħlin fil-karozzi maħbuta.

Passiġġier fl-Escort kien hemm ukoll raġel ta’ 35 sena mill-Gżira, li flimkien max-xufier, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ix-xufier kien iċċertifikat li weġġa’ gravi, waqt li l-passiġġier indarab ħafif.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar