Tnejn l-isptar wara ħabta fil-Marsa

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 p.m. fi Triq Diċembru 13 bejn żewġ vetturi.

Fuq il-post intbagħtu żewġ ambulanzi li ħadu żewġ persuni l-isptar.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.