Kronaka
Tnejn l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Bormla

Raġel ta’ 40 sena minn Raħal Ġdid u ġuvni ta’ 16-il sena minn Bormla ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Bormla.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fi Triq San Pawl f’Bormla, fejn ir-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Toyota Corsa, u baqa’ dieħel f’ħames karozzi oħra li kienu ipparkjati.

Il-ġuvni ta’ 16-il sena kien riekeb mar-raġel.

Mill-ewwel intalbet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-isptar permezz ta’ ambulanza. Aktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li r-raġel weġġa ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin