FILMAT: Tnejn l-isptar wara li baqgħu deħlin f’tal-Linja

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar għall-kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-bypass ta’ Birkirkara fl-Imsida.
IMG_3069Tvm.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta għal xi raġuni mhux magħrufa, sewwieq ta’ karozza tat-tipi Mini Metro baqa’ dieħel f’karozza tal-linja fi Triq it-Torri. Il-karozza tal-linja kienet sejra lejn il-bypass ta’ B’Kara.

Konsegwenza tal-inċident qed tinħoloq kongestjoni tat-traffiku fi Triq Reġjonali qabel il-mini.