Lokali
AĠĠORNAT: Raġel u tfajla jindarbu gravi wara li nqalbu bil-mutur fir-Rabat

Tfajla ta’ 17-il sena u raġel ta’ 29 sena, it-tnejn minn Santa Venera, ndarbu gravi f’inċident bil-mutur fir-Rabat ilbieraħ.

Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u kwart fi Triq Buqana, wara li s-sewwieq tal-mutur tilef il-kontroll u waqa’ minn fuqu.

Huwa kien qiegħed isuq fid-direzzjoni mir-Rabat lejn il-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li taw l-ewwel għajnuna liż-żewġ żgħażagħ.

Il-Pulizija qed jistħarrġu l-każ.