Barranin
Tnejn maqtula u diversi feruti f’attakk terroristiku fi Franza

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa sofrew ġrieħi f’attakk b’sikkina fix-xlokk ta’ Franza. Tnejn minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika.

L-attakk, li ġie deskritt mill-Ministru għall-Intern bħala wieħed terroristiku, seħħ fir-raħal ta’ Romans-sur-Isère. L-aggressur daħal f’ħanut tat-tabakk u ħebb b’sikkina għas-sidien u klijent. Wara baqa’ sejjer f’ħanut tal-laħam fejn kompla jagħti lin-nies bis-sikkina.

Is-suspettat huwa raġel ta’ 33 sena mis-Sudan, li ġie arrestat wara li baqa’ fuq ix-xena tad-delitt. Qed ikun irrappurtat li huwa ma kienx magħruf mal-pulizija.

Bħalissa Franza tinsab f’lockdown, u n-nies jistgħu joħorġu biss biex jixtru l-bżonnijiet jew biex jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda fil-Libja, ħabbret ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ fazzjonijiet rivali fil-Libja. Qalet li l-Gvern ta’ Għaqda Nazzjonali rikonoxxut minnha u bbażat fi Tripli u l-Armata Nazzjonali Libjana bbażata…

Barranin

Bħal-lum 74 sena ilu l-Italja saret Repubblika wara referendum li kien staqsa lill-elettorat Taljan jekk wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-pajjiż għandux isir Repubblika. Dan il-jum nazzjonali din is-sena qed jitqies…

Barranin

L-esperti u x-xjentisti tal-World Health Organisation (WHO) qalu li mhemm l-ebda evidenza li tissostanzja dak li qal tabib rispettat Taljan, li l-Coronavirus qed jiddgħajjef. Il-Professur Alberto Zangrillo, li jmexxi t-taqsima…

Aktar