Barranin
Tnejn mejta f’attakk b’sikkina f’Pariġi

Persuna nqatlet u bosta oħra ndarbu f’attakk b’sikkina li sar illejla f’Pariġi.  Dan qed jiġi rrappurtat mill-media Franċiża li qalet ukoll li l-aggressur għadu ma ġiex identifikat minkejja li nqatel b’tiri mill-Pulizija.

L-inċident seħħ fid-distrett ta’ Opera fiċ-ċentru ta’ Pariġi.  Nies fuq il-post qalu li kien hemm paniku sħiħ meta raġel beda jagħti b’sikkina lin-nies li kienu għaddejjin mill-inħawi.  Bosta bdew jidħlu fir-restoranti u l-kafeteriji biex jevitaw lill-aggressur.  Il-motiv tal-attakk għadu mhux magħruf.

Jidher li l-Pulizija malajr marru fuq il-post u l-ewwel ippruvaw jikkontrollaw lill-aggressur b’taser gun, iżda mbagħad kellhom jisparawlu żewġ tiri biex iwaqqfuh u qatluh.

 

Aħbarijiet Oħra
Trump

Il-President Amerikan Donald Trump iddikjara li l-Istati Uniti se tkun qed tirtira mit-trattat dwar l-armi nukleari mar-Russja. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, Trump qal li d-deċiżjoni ttieħdet għaliex ir-Russja…

Barranin

Mas-60 persuni, fosthom tfal, tilfu ħajjithom, u madwar 100 oħra sfaw feruti meta ntlaqtu minn ferrovija fl-istat ta’ Punjab, fl-Indja. Filmat li nġibed minn mobile juri dawn il-mumenti xokkanti. It-traġedja ġrat…

Barranin

L-Arabja Sawdija ammettiet li l-ġurnalist Jamal Khashoggi nqatel fil-konsolat tagħha fit-Turkija, wara li għal ħmistax sħaħ sostniet li dan kien ħareġ mill-konsolat qawwi u sħiħ. Il-midja tal-istat tas-Sawdi kkwotat l-ewwel…

Barranin

Anzjan spiċċa b’imnieħru u tliet kustilji miksurin wara li qala’ xebgħa mingħand sid ta’ restorant talli ordna biss antipasto.  Il-każ seħħ f’Arezzo fl-Italja u jinsab f’ħoġor il-Qorti. Il-klijent, li għandu…

Aktar