Barranin
Tnejn mejta u oħrajn midruba wara li ġġarraf pont fi Franza

Xufier ta’ trakk u tifla ta’ ħmistax-il sena mietu filwaqt li għadd ta’ persuni ndarbu hekk kif iġġarraf pont li jagħti għal belt żgħira f’żona turistika popolari fil-Lbiċ ta’ Franza.

Il-pont, li jagħti għal belt żgħira ta’ Mirepoix-sur-Tarn, iġġarraf fit-tmienja tat-Tnejn filgħodu.

Omm it-tifla ġiet salvata minn persuni li nżertaw fuq il-post dak il-ħin. Skont il-prosekutur ta’ Toulouise tliet vetturi baqgħu niżlin mal-pont għal ġox-xmara. Għadd ta’ persuni għandhom ma nstabux. S’issa mhux ċar x’wassal għat-tiġrif tal-pont. Il-pont b’tul ta’ mija ħamsa u ħamsin metru ġie rinnovat fl-2003 mill-kunsill Haute-Garonne.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Konservattivi rebħu l-elezzjoni fir-Renju Unit b’maġġoranza komda. Il-kap Boris Johnson qal li sakemm ma jiġrix xi ħaġa stramba ħafna, ir-Renju Unit se joħroġ mill-Unjoni Ewropea x-xahar id-dieħel. Il-Konservattivi ħadu numru…

Lokali

Għalqu il-postijiet tal-votazzjoni fir-Renju Unit hekk kif l-elettroat ivvota fit-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn ħames snin. L-elezzjoni li saret l-ewwel darba f’Diċembru fi kważi seklu issegwi l-elezzjonijiet preċedenti tal-2015 u…

Barranin

Jaf tkun elezzjoni deċiżiva – għallinqas dwar Brexit – dik li qed issir illum fir-Renju Unit. Iżda jaf ukoll li r-riżultat ma jwassalx għal soluzzjoni konklussiva speċjalment jekk ħadd mill-partiti…

Barranin

Iżrael se jmur għat-tielet elezzjoni ġenerali f’inqas minn sena wara li skada ż-żmien biex tkun iffurmata koalizzjoni ta’ maġġoranza. L-elezzjoni li jmiss mistennija ssir fit-tieni jum ta’ Marzu li ġej….

Aktar