Kronaka
Tnejn mill-erba’ persuni li ġew rilaxxati lbieraħ reġgħu ġew arrestati

Tnejn mill-erba’ persuni li ġew rilaxxati lbieraħ fuq police bail, reġgħu ġew arrestati mill-ġdid mill-Pulizija.

Fl-aħħar ħin ukoll, iż-żewġ persuni li kienu arrestati nhar it-3 ta’ Marzu, b’rabta mal-inċident traġiku tal-Ħamrun, ġew rilaxxati fuq police bail.

Is-sitt persuni msemmija fl-Istqarrijiet għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u dwar il-każ hemm ukoll Inkjesta Maġisterjali.