Pulizija
Tnejn mit-tliet persuni arrestati suspettati fil-qtil ta’ Caruana Galizia u ta’ Carmel Chircop

Il-Pulizija fi stqarrija ħabbru li tnejn mit-tliet persuni arrestati llum huma allegatament involuti kemm fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll fil-qtil ta’ Carmel Chircop.

Il-każi jmorru lura għall-2017 u l-2015 rispettivament.

Il-Pulizija qalet kif kien għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, meta l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri u tal-Iskwadra tal-Omiċidji, assistiti mill-Ispecial Intervention Unit, esegwew mandati ta’ arrest fil-konfront ta’ tliet persuni. Dawn l-arresti twettqu f’żewġ operazzjonijiet konġunti fil-Baħrija fejn ġew arrestati żewġt irġiel u fis-Swieqi fejn ġiet arrestata t-tielet persuna.

Dawn it-tliet persuni qed jgħinu fil-każ tal-Avukat Chircop waqt li tnejn minnhom qed jassistu wkoll fil-każ tas-Sinjura Caruana Galizia.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Arrestati tliet irġiel suspettati li fornew il-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia