Barranin
Tobba fl-Italja ordnati jibdew jiktbu r-riċetti pulit

Il-Ministeru tas-Saħħa fl-Italja qed jappella lit-tobba madwar il-pajjiż biex jiktbu r-riċetti b’mod li jkunu jistgħu jinqraw bla problemi.

Dan hekk kif kien ikkalkulat li madwar 4.7% tal-iżbalji mediċi huma t-tort ta’ riċetti b’kalligrafija mħanżra jew taqsiriet li ma jifthemux.

L-aworitajiet qed jagħmlu diversi rakkomandazzjonijiet, fosthom biex it-tobba jużaw ittri kapitali meta jiktbu riċetta bl-idejn.

Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu t-tnaqqis tal-kliem imqassar u s-simboli u l-użu ta’ numri Għarab minflok dawk Rumani.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Ministru tal-Intern Taljan, Matteo Salvini qal li mhux se jkun kuntent qabel ma jiġi ssekwestrat il-bastiment u arrestat l-ekwipaġġ kollu. Dan Salvini qalu fid-dawl tal-bastiment Sea Watch, li ilu mwaħħal…

Barranin

Bosta jinsabu mħassba b’saħħet il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel hekk kif reġgħet intlemħet titriegħed waqt ċerimonja uffiċjali. Il-filmat jaqbad lill-Kanċillier titriegħed mingħajr kontroll minn rasha sa saqajha waqt id-diskors tal-President Frank-Walter Steinmeier….

Kurżitajiet

Il-Pulizija fi Brandeburg fil-Ġermanja, kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu hekk kif spiċċaw iwaqqfu sewwieq ta’ mutur li kien qed isuq għarwien ħuta. Is-sewwieq, li kien għarwien ħlief għall-elmu u ż-żarbun…

Barranin

Feuzi Zabaat għad għandu biss 17-il sena iżda fit-Turkija, huwa meqjus eroj hekk kif salva tifla minn ħalq il-mewt. L-Alġerin lemaħ tifla tixxabbat minn residenza u ma ħasibiex darbtejn biex…

Aktar