Barranin
Tobba mħassba dwar kif marda fil-ġilda komuni fl-Afrika qed tinfirex sew fl-Awstralja

It-tobba fl-Awstralja sejħu għal riċerka urġenti dwar kif ulċera qed tiekol il-laħam saret l-agħar epidemija fl-istat ta’ Victoria.

Il-każi tal-hekk imsejħa ulċera Buruli, li hija marda fil-ġilda komuni ħafna fl-Afrika, żdiedu b’400% fl-aħħar erba’ snin.  L-infezzjonijiet saru iktar gravi u qed jinfirxu f’żoni oħrajn.

S’issa, it-tobba għadhom ma jafux kif se jikkontrollaw din il-marda, li tiġi kkawżata mill-bacteria.  Rekord ta’ 275 infezzjonijiet ġodda ġew irreġistrati is-sena li għaddiet, żieda ta’ 51% fuq l-2016.

Għad mhux ċar għala din l-ulċera, li normalment tinstab f’żoni tropikali, spiċċat fi klima iktar moderata ta’ Victoria.  Huwa diffiċli li dawn l-ulċeri jiġu trattati u l-pazjenti ħafna drabi jġarrbu perjodu ta’ rkupru ta’ bejn sitta u 12-il xahar.

Bosta nies qed ikollhom saħansitra wkoll jgħaddu minn intervent kirurġiku biex issir rikostruzzjoni tal-parti li qed tittiekel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ħdax-il xufier ta’ minibus inqatlu f’daqqa b’tiri t’armi tan-nar meta kienu qed jivvjaġġaw lejn Johannesburg, fl-Afrika t’Isfel. Erbgħa oħra jinsabu fil-periklu tal-mewt. Ix-xufiera, li huma mill-provinċja Gauteng, kienu attakkati hekk…

Barranin

Tifel ta’ 3 snin sofra ħruq gravi f’wiċċu u f’dirgħajh f’attakk bl-aċtu li xxokkja l-komunità ta’ Worcester, fir-Renju Unit. It-tifel kien attakkat ġo ħanut tal-fajjenza llum waranofsinhar, bil-mottiv li għadu…

Barranin

Tia Coleman, mara Amerikana rrakkontat kif ħajjitha nbidlet mil-lejl għan-nhar wara t-traġedja ta’ Missouri li seħħet il-Ħamis li għadda. Dgħajsa li kienet qed iġġorr lit-turisti madwar ix-xmara ta’ Missouri għerqet…

Barranin

Raġel fl-Etjopja kien arrestat wara li pprova jqajjem raġel mill-mewt u ma rnexxilux. Getayawkal Ayele, li jridha ta’ profeta, mar għand il-qraba ta’ raġel mejjet u kkonvinċihom li seta’ jqajmu…

Aktar