COVID-19
Tobba u infermiera fi kwarantina wara li pazjent f’Mater Dei nstab bil-Covid-19

Medical Ward 3 f’Mater Dei ngħalqet temporanjament bħala miżura ta’ prekawzjoni, wara li pazjent instab pożittiv għall-Covid-19.

Qed ikun irrappurtat li l-pazjent hu turist li attenda għall-party ‘Hotel takeover’.

TVM jinsab infurmat li l-pazjent ma kienx f’kuntatt ma’ pazjenti oħra iżda t-tobba u l-infermiera li ġew f’kuntatt miegħu ntalbu joqgħodu fi kwarantina sakemm jiġu ttestjati.

F’iktar żviluppi llum:

AĠĠORNAT: Ħaddiema fi skolasajf ta’ Ħal Luqa tinstab pożittiva għall-Covid-19

L-awtoritajiet tas-saħħa javżaw biex min attenda l-marċ f’Santa Venera jagħmel swab test