
L-awtoritajiet Taljani qed iwissu lit-tobba u l-infermieri tal-pajjiż li jekk ma jeħdux il-vaċċin kienu se jiġu sospiżi sa sena bla paga.
It-twissija saret hekk kif diversi tobba, infermieri u spiżjara fil-pajjiż qed jirrifjutaw li jieħdu l-vaċċin.
Dan il-pass ittieħed wara li pazjent ta’ 79 sptar miet f’sala tal-isptar San Martino f’Genoa li suppost kienet iżolata mill-virus.
Investigazzjoni dwar il-mewt tiegħu sabet li kien hemm 19-il każ bejn infermieri u pazjenti fosthom infermier li kien irrifjuta li jieħu l-vaċċin.
Il-Gvern qed jinsisti li jieħu din il-miżura mhux biss biex iħares saħħet dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa imma nies li jiġu f’kuntatt magħhom fosthom pazjenti.
Fl-Italja hemm xettiċiżmu għall-vaċċini li żdied wara li l-pajjiż issospenda l-għoti ta’ dak tal-Astra Zeneca minħabba numru ta’ mwiet.