Toroq
Toħroġ is-sejħa għall-offerti għall-bini ta’ Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija

Illum inħarġet is-sejħa għall-offerti għall-proġett tat-toroq ġodda f’Santa Luċija.  Dan tħabbar mill-Ministru Ian Borg fuq is-siti soċjali f’kitba li fiha qal li Triq Ħal Luqa se tinbena b’erba’ karreġġjati, tnejn f’kull direzzjoni, għal aċċess aħjar għal Santa Luċija.

Dr Borg spjega wkoll li se jkun hemm karreġġjata ‘l fuq mil-livell tat-triq għaċ-ċiklisti u għal dawk li jkunu jridu jmorru jimxu.  Żied jgħid li se jitħawlu aktar minn 170 siġra mal-ġnub tat-triq.

Il-Ministru Borg qal li x-xogħlijiet se jibdew din is-sena stess b’investiment ta’ madwar €4 miljun.  Ir-responsabilità ta’ dan il-proġett hija tal-aġenzija l-ġdida Infrastructure Malta.