Saħħa
Toħroġ sejħa għal operatur li joffri servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta.

Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter irid ikun kapaċi jġorr mill-inqas 15-il passiġġier.

Intqal li din hija parti mill-viżjoni tal-Gvern li jtejjeb il-konnettività bejn Malta u Għawdex.

Il-proposti se jintlaqgħu fit-18 ta’ Ġunju.