Tommy u Rosy jirritornaw b’aktar avventuri f’Festa Tfal

 

Ir-raba’ edizzjoni tas-sensiela animata għat-tfal ‘Tommy u Rosy’ se tkun qed titnieda f’Festa Tfal.  tvm.com.mt jista’ jiżvela b’mod esklussiv partijiet mill-episodju ġdid permezz tat-trailer li tistgħu taraw hawnhekk.  Il-premiere ta’ Tommy u Rosy 4 se jsir nhar il-Ħadd, għall-ħabta ta’ nofsinhar, fl-Adventure Park, Ta’ Qali.  L-episodju se jkun qed jerġa’ jintwera għall-ħabta tas-14:00 u fl-16:00 f’Festa Tfal.

Wara li fl-ewwel episodju rajna liż-żewġ karattri jeħduna fi vjaġġ tul l-istorja tal-Unjoni Ewropea (UE), fit-tieni edizzjoni Tommy u Rosy komplew bl-avventuri tagħhom biex iqajmu kuxjenza dwar is-Sena Ewropea għall-Volontarjat 2011, filwaqt li s-sena li għaddiet skoprew iktar funzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’mawra f’razzett li sar b’fondi Ewropej.  Din id-darba, Tommy u Rosy, saru adoloxxenti u se jgħaddu minn diversi esperjenzi li bis-saħħa tagħhom se jkunu qed jgħixu l-istorja tal-Unjoni Ewropea, jiffukaw fuq il-valuri u l-prinċipji tal-UE, filwaqt li jnisslu iktar sens Ewropew bħala ċittadini f’Ewropea li dejjem qegħda tevolvi maż-żminijiet.  Il-karattri ta’ Tommy u Rosy għandhom l-għan li jedukaw lit-tfal dwar Malta u l-Unjoni Ewropea b’esperjenzi u avventuri li jgħinuhom jiskopru dan is-suġġett bl-iktar mod divertenti u effettiv tat-televiżjoni u l-internet.

Minbarra dan il-cartoon Għal Festa Tfal mhux biss se jkun hemm il-cartoon, iżda karattri life-size ta’ Tommy u Rosy, kif ukoll numru ta’ attivitajiet oħra mmirati għat-tfal, li se jiġu organizzati bis-saħħa tal-MEUSAC, il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, kif ukoll il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.

 

tr2

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem appellat lill-Prim Ministru Robert Abela biex jintervjeni ħalli jiżgura li l-kumpaniji lokali kollha fl-industrija tal-films ma jkunux diskriminati u żvantaġġjati. L-Assoċjazzjoni għamlet dan l-appell wara li…

Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Annimali

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra. Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti…

Aktar