Lokali
FILMAT: Tony Curmi lliberat dwar traffikar ta’ 2 kilo kannabis

Tony Curmi ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien ma nstabx ħati f’ġuri b’sitt voti kontra u tlieta favur. Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera huwa beda għaddej ġuri mixli bi traffikar ta’ 2 kilogrammi raża tal-kannabis.

Curmi kien ġie arrestat f’Novembru, 2014 wara li l-Pulizija kienet irċeviet informazzjoni li l-akkużat qed ibigħ id-droga. Fi tfittxija li kienet saret fil-karozza tiegħu ma kinitx instabet droga.

Madankollu, waqt sorveljanza fuq garaxx tiegħu, il-pulizija rat raġel ieħor iħalli l-garaxx b’borża bajda. Il-pulizija kienet waqfitu u sabitlu r-raża tal-kannabis. Fil-garaxx kien instab miżien u qratas żgħar vojta li jintużaw fit-traffikar tad-droga. Dan ir-raġel qed jistenna wkoll li jgħaddi ġuri.

Il-verdett ingħatat ftit tas-sigħat wara li l-ġurati daħlu jiddeliberaw.

L-Avukati Mark Vassallo, Edward Gatt u Ishmael Psaila dehru għal Curmi.