‘Top Gear’ imwaqqaf wara s-sospensjoni tal-preżentatur Jeremy Clarkson

Jeremy Clarkson wieħed mill-preżentaturi tal-programm tal-BBC ‘Top Gear’, ġie sospiż wara argument jaħraq ma’ wieħed mill-produtturi tal-programm, fejn Clarkson allegatament ta’ daqqa ta’ ponn lill-produttur.

L-inċident seħħ il-ġimgħa l-oħra iżda ġie rrapportat nhar it-Tnejn u t-Tlieta filgħodu l-BBC ħadet azzjonijiet kontra l-preżentatur għaliex qalet li mhuwiex l-ewwel darba li dan qala’ l-inkwiet. Infatti l-BBC qalet li Clarkson ingħata it-tielet avviż dixxiplinarju.

Il-BBC ħabret li l-episodju tal-Ħadd li ġej tal-programm li huwa segwit minn 350 miljun persuna f’170 pajjiż, mhuwiex se jixxandar, u li lanqas m’huma se jixxandru l-aħħar żewġ episodji li jkun baqa’ għal dan l-istaġun, minħabba din is-sospensjoni.

L-ammiraturi tal-preżentatur bdew petizzjoni online biex Clarkson jingħata postu lura fuq il-programm u f’temp ta’ jumejn din diġà ġiet iffirmata minn 300,000 persuna. Ħafna minnhom anke qed iħallu diversi lmenti fuq is-sit soċjali Twitter bil-hashtag #BringBackClarkson.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Barranin

F’Illinois, insatbu eluf ta’ fdalijiet ta’ feti fir-residenza privata ta’ Dr Ulrich Klopfer. Is-sejba saret mill-qraba huma u jiżbarazzaw l-affarijiet ta’ Dr Klopfer li miet fit-3 ta’ Settembru. It-tabib kien…

Barranin

Fil-Messiku, l-esperti tal-forensika rnexxielhom jidentifikaw 44 persuna midfuna f’bir fl-istat ta’ Jalisco. Il-fdalijiet tal-persuni nstabu mqassmin f’119-il borża sewda, bil-maġġoranza tal-iġsma ġew imqatta’ biċċiet. Biex ġew identifikati l-vittmi, l-esperti forensiċi…

Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump fi stqarrija qal li iben Bin Laden, li kien il-mexxej tal-al-Qa’ida, inqatel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu fl-Afghanistan/Pakistan. It-telfa ta’ Hamza bin Laden se xxekkel lill-grupp al-Qa’ida milli…

Aktar