Torri tal-ilma fil-Floriana se jinfetaħ għall-pubbliku wara restawr ta’ €20,000

It-Torri tal-ilma Wignacourt fil-Floriana ġie rrestawrat mill-ħaddiema tal-Gvern bi spiża ta’ €20,000. Dan it-torri ta’ żmien il-Kavallieri jagħmel parti mis-sistema tal-akwadott li nbena mill-Gran Mastru Wignacourt biex iwassal l-ilma tax-xorb mir-Rabat għall-Belt Valletta.

B’fondi tal-Gvern u bil-ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, fi żmien sena ġie rrestawrat it-torri Wignacourt fil-Floriana li kien inbena fis-seklu sbatax. It-torri sofra ħsarat kbar matul iż-żmien u l-faċċata tiegħu kienet sewda bit-tniġġiż tat-traffiku. Il-garigor fuq ġewwa kien tfarrak tant li kellu jinbena kważi mill-ġdid. Il-Perit Wendy Jo Mifsud li ħadet ħsieb dan il-proġett ta’ restawr spjegat li sfida oħra kienet skultura ta’ ljun li kellha tiġi mibdula għal kollox u ssir replika tagħha.

Il-Perit Wendy Jo Mifsud qalet, “tant kien deterjorat li ħadna d-deċiżjoni diffiċli mal-‘Planning Authority’ li jiġi mibdul, meta nibdlu xi ħaġa tkun l-aħħar ‘resort’ li jkollna.”

It-Torri tal-Ilma ta’ Wignacourt kien jifforma parti importanti mis-sistema tal-akwadott li nbena mill-kavallieri biex iwassal l-ilma mir-Rabat sal-Belt. Fl-1994, it-Torri tal-Ilma tpoġġa fir-Reġistru tal-Propjetà Skedati u huwa meqjus bħala Grad Wieħed fil-Lista tal-Monumenti u għalhekk għandu valur storiku u nazzjonali.

Il-Ministru tat-Trasport u Infrastuttura Joe Mizzi qal li l-Ministeru ilu għal dawn l-aħħar xhur jirrestawra postijiet storiċi kemm fil-Belt u anki fil-Kottonera għaliex il-Gvern irid li jżomm f’kundizzjoni tajba il-postijiet storiċi li jitgawdew mhux biss mill-pubbliku iżda anki mit-turisti.

Is-sindku tal-Floriana Davina Sammut Hili rringrazzjat lill-Gvern li bini storiku u importanti għall-lokalità tal-Floriana issa jista’ jitgawda mill-ġdid. Intqal kif sal-lum mill-vaska ta’ dan it-torri jixorbu bosta żwiemel tal-karozzini li jkunu fi triqithom lejn il-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar