Ippjanar u bini
Townsquare – Se jkompli t-tħaffir u ppjanat ‘business hotel’

L-iżviluppaturi tal-proġett Townsquare f’Tas-Sliema ħabbru li se jkomplu bl-iskavar, u li se japplikaw ukoll għal ‘business hotel’.

L-iskavar se jissokkta wara li f’Ġunju li għadda l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanti reveduti tal-proġett.

Fi stqarrija l-iżviluppaturi qalu li t-tħaffir se jsir b’makkinarju avvanzat li jnaqqas il-ħsejjes u t-trabijiet.

Intqal li se ssir ukoll applikazzjoni għal ‘business hotel’ b’konformità mal-politika li tirregola l-lukandi, li se tieħu post binja li kienet ippjanata bħala uffiċini.

L-ammont ta’ bini se jibqa’ l-istess, kif ukoll l-ispazji pubbliċi proposti oriġinarjament, li l-iżviluppaturi qalu li se jagħmlu t-Townsquare l-ikbar żona ħielsa mill-karozzi fiċ-ċentru ta’ Tas-Sliema.

Mistenni jibda wkoll ix-xogħol ta’ restawr fuq Villa Drago u l-ġnien ta’ madwarha.