Lokali
Tpinġi t-tattoos u ssewwi l-ajruplani

Tgħid li l-ispirazzjoni fl-arti ħaditha mingħand ommha, filwaqt li l-ħajra ghall-inġinerija ħaditha mingħand missierha. tvm.com.mt ltaqa’ ma’ Charlene Fenech li għaqqdet l-arti u x-xjenza f’karriera ta’ suċċess.

Għandha 32 sena, omm ta’ tifel ta’ sitt snin, inġinier tal-ajruplani ma’ Lufthansa Technik u tmexxi l-ħanut tat-tattoos wara li għamlet kors fit-tattooing fl-Ingilterra. Charlene Fenech intgħażlet bħala l-ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Ġimgħa Ewropea tal-Ħiliet Vokazzjonali organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. It-tema għal din is-sena hija: “Skopri t-Talent Tiegħek.”

“Jiena bdejt mill-MCAST, fejn kont mort l-Art & Design u skoprejt it-tekniċi differenti tal-arti, mill-banda l-oħra, mort tliet snin apprentista ma’ Lufthansa flimkien mal-MCAST, komplejt l-istudju fuq inġinerija u llum il-ġurnata naħdem fuq l-ajruplani wkoll,” qalet Charlene.

Din il-ġimgħa Charlene Fenech żaret diversi skejjel, fosthom l-iskola Sir Thomas Moore fiż-Żejtun, fejn kienet tattendi hija stess. Hi qasmet l-esperjenza tagħha mal-istudenti bit-tama li tħeġġiġhom jinvolvu ruħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Ċifri juru li f’Malta, 95% tal-istudenti li jiggradwaw f’kors vokazzjonali, isibu l-impjieg mingħajr wisq diffikultà.

Din hija t-tieni sena li istituzzjonijiet vokazzjonali, fosthom l-MCAST u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, qed jieħdu sehem fl-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea maħsuba biex tagħti spinta lill-apprentistati fl-Ewropa. Charlene din il-ġimgħa se tirrappreżenta lil Malta fi Brussell fl-Għeluq tal-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar