Kurżitajiet
Tqajjem furur teknoloġija ġdida li tneżża’ lin-nisa

Mill-Milied sa San Stiefnu, daqshekk damet disponibbli l-App magħrufa bħala Deepnude, li xogħolha tikkonverti ritratti ta’ nisa mlibbsa, f’għarwenin.

Din l-App kienet taħdem billi tuża t-teknoloġija ta’ intelliġenza artifiċjali biex tikkonverti ritratti ta’ nisa u ġġibhom għarwenin bis-saħħa ta’ algoritmi varji. Iżda, il-furur li qam wara li tnediet din l-App, wasslet lill-moħħ warajha, li baqa’ anonimu, biex iħassar kull traċċa tagħha l-għada li ttellgħet fid-dinja tal-web.

Anke jekk dawn ix-xbihat tan-nisa għarwenin, fl-aħħar mill-aħħar mhumiex veritiera, xorta waħda daħlet il-kwistjoni tal-etika u t-tixrid ta’ ritratti foloz li joffendi l-pudur tan-nisa.

Meta tintuża fuq figura maskili, l-App xorta waħda taħdem iżda r-raġel jispiċċa b’partijiet privati ta’ mara.

Filwaqt li Deepnude setgħet toħloq xbihat realistiċi ta’ nisa għarwenin, dawn xorta ma jikklassifikawx bħala ritratti pornografiċi mingħajr kunsens, l-għaliex mhumiex veritieri. S’issa għad mhemm l-ebda leġislazzjoni li tkopri dawn ir-ritratti maħluqa minn teknoloġiji AI.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Aktar