Politika
Tqum kontroversja dwar id-dibattitu bejn il-PM u l-Kap tal-PN

Fl-isfond tal-kampanja elettorali tqum kontroversja dwar id-dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-PBS, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hu u l-Prim Ministru Joseph Muscat kellhom stedina ghal dibattitu fil-programm Xarabank. Dr Delia qal li waqt li hu aċċetta, il-Prim Ministru sostna li għal raġunijiet strateġiċi mhux se jaċċetta.

Dr Delia qal li hu ċar li l-Gvern irid li l-leħen tal-mexxejja ma jinstemax fuq l-iktar programm segwit. Innota li dan qed iseħħ ftit wara li l-Prim Ministru anke aġġorna l-Parlament għal wara l-elezzjoni. Il-Kap Nazzjonalista sejjaħ dan bħala kontroll tal-informazzjoni mill-Gvern u tnaqqir tad-demokrazija.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat min-naħa tiegħu qal li kien hemm ftehim li jagħmel żewġ dibattiti dak li sar fil-programm Xtra fuq TVM u ieħor tal-Awtorità tax-Xandir li ser isir fuq TVM ukoll nhar l-Erbgha li ġej, lejlet it-tmiem tal-kampanja elettorali.

Sadanittant, l-edizzjoni ta’ Xarabank ser tkun diskussjoni bis-sehem ta’ rappreżentanti taż-żewġ partiti ewlenin.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar