Saħħa
Tqum minn koma 27 sena wara li kienet involuta f’inċident ikrah

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji.

Munira Abdulla kienet ħabtet bil-vettura tagħha ma’ xarabank tal-iskola fl-1991 wara li marret tiġbor lil binha Omar ta’ 4 snin mill-iskola fil-belt ta’ Al Ain.  It-tifel kien ħelisha ħafif, bi tbenġila fuq moħħu, iżda ommu li dak iż-żmien kellha 32 sena kienet sofriet minn ġrieħi serji.

It-tobba kellhom dubju dwar kienet se tirkupra u qatt terġa’ tiftaħ għajnejha.  Iżda 27 sena wara l-inċident, il-mara reġgħet ġiet f’sensieha meta kienet qed tingħata l-kura fi sptar fil-Ġermanja.  Il-familja tagħha ħarġu fil-pubbliku jitkellmu dwar il-progress li għamlet u qed iqisuh bħala miraklu.

It-tifel Omar, li llum għandu 32 sena, qal lil ġurnal fl-Emirati Għarab Maqgħuda li qatt ma qata’ qalbu li ommu għad tirkupra u tqum mill-koma.  Il-mara se tkompli tirċievi l-kura f’Abu Dhabi, wara li kienet taħt osservazzjoni fi sptarijiet differenti f’diversi pajjiżi, inkluż f’Londra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miljuni ta’ votanti f’wieħed u għoxrin pajjiż tal-Unjoni Ewropea qed jivvutaw fir-raba’ u l-aħħar jum tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex ikunu magħrufa s-751 ewroparlamentari li se jservu fil-ħames snin li ġejjin….

Barranin

Il-Peru jinsab taħt xokk hekk kif ftit tal-ħin ilu, terremot qawwi li mmarka 8.0 fiq l-iskala richter riegħed xi żoni tal-pajjiż. L-iktar milquta huma Yurimaguas u Tarapoto. L-epiċentru tat-terremot immarka fond…

Kurżitajiet

Ilbieraħ filgħaxija, vann li kien ipparkjat kemxejn ‘il barra mill-kaxxa tal-parking, wassal biex weħħel coach fi triq dejqa f’Paceville. Ix-xufier tal-coach irnexxielu jgħaddi biss bis-saħħa ta’ xi wħud li kienu…

Aktar