Barranin
Trabba fil-housing u llum sar l-iktar raġel sinjur fir-Renju Unit

Negozjant Ingliż li fi tfulitu trabba fl-akkomodazzjoni soċjali llum huwa l-iktar bniedem sinjur fir-Renju Unit, u jinsab fil-quċċata tas-Sunday Times Rich List.

Jim Ratcliffe, li waqqaf il-kumpanija Ineos, huwa stmat li għandu €23.9 biljun. Żewġ diretturi ta’ din il-kumpanija hima wkoll fuq il-lista tal-iktar nies sinjuri fir-Renju Unit.

Ratcliffe, li llum għandu 65 sena, trabba f’ ‘council house’ f’Failsworth, qabel ma familtu marret toqgħod f’East Yorkshire. Missieru kien mastrudaxxa u ommu kienet taħdem f’uffiċċju tal-accounts.

Huwa studja l-inġinerija kimika fl-Università ta’ Birmingham, u wara kiseb MBA mil-London Business School.

Apparti d-duka ta’ Westminster, Ratcliffe huwa l-uniku persuna mwielda fir-Renju Unit li kien fil-quċċata tal-lista tal-iktar nies sinjuri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miġemgħa ta’ raħlin fl-Indoneżja qatlu xejn inqas minn 292 kukkudrill bi tpattija, wara li raġel mill-villaġġ tagħhom inqatel minn kukkudrill. Il-kukkudrilli kienu qed jitrabbew f’razzett li kellu liċenzja apposta, u…

Barranin

L-Istati Uniti rrifjutat talbiet ta’ livell għoli mill-Unjoni Ewropea biex kumpaniji Ewropej ikunu eżentati mis-sanzjonijiet kontra l-Iran. F’ittra lill-pajjiżi Ewropej, is-Segretarju tal-Istat Mike Pompeo qal li l-Istati Uniti rrifjutaw it-talba…

Kurżitajiet

Fl-eqqel ta’ Lulju ħafna nies qed jinżlu lejn ix-xtajtiet sbieħ li joffri l-Mediterran biex iċafċfu u jirrilassaw. Iżda xtajta partikolari fi Spanja bħalissa qed toffri żvog għal kollox differenti. Ir-raħal…

Barranin

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li l-Iżrael wettaq l-ikbar attakk militari f’Gaża mill-gwerra ta’ erba’ snin ilu. L-attakk militari Iżraeljan sar minhabba li l-Grupp Militanti Musulman il-Hamas spara bombi…

Aktar