Politika
Trabi tat-twelid se jibdew jiġu eżaminati għall-mard rari fi proġett pilota

Trabi tat-twelid se jibdew jiġu eżaminati għall-mard rari. Dan permezz ta’ proġett pilota li se jibda iktar tard dan ix-xahar, u li ġie varat mill-President tal-Alleanza Nazzjonali ta’ mard Rari, is-Sinjura Michelle Muscat.

Il-proġett pilota se jibda dax-xahar li fih jitfakkar il-jum dwar il-mard rari. Is-sinjura Muscat qalet li kuljum f’Malta, mal-25 u 30 elf persuna jħabbtu wiċċhom ma’ xi forma ta’ mard rari li jridu jgħixu bih kuljum.

Is-sinjura Muscat qalet li li dan il-proġett ta’ screening, jgħin tobba u speċjalisti jagħmlu dianjosi iktar kmieni ta’ trabi li jitwieldu b’mard rari. Ħafna mill-mard rari jaqa’ taħt żewġ kategoriji – ġenetiku jew kroniku bis-sintomi jistgħu joħorġu mat-twelid jew fit-tfulija, b’xi drabi jitfaċċa wkoll fl-adulti.

Il-Jum Dinji tal-Mard Rari din is-sena ser jitfakkar fid-29 ta’ Frar, ġurnata rari li taħbat darba kull erba’ snin.

L-Alleanza Nazzjonali ta’ Mard Rari għandha mitejn membru.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar