Barranin
Traffikant tad-droga jinqabad minn ritratt fuq Whatsapp

Traffikant tad-droga fir-Renju Unit inqabad mill-Pulizija permezz ta’ ritratt fuq Whatsapp, f’każ li qed jitqies fost l-ewwel tax-xorta tiegħu.

Wara li l-Pulizija għamlet rejd f’dar f’Wales minn fejn kienet qed tinbiegħ id-droga, sabet mobile li fih kellu messaġġi fuq Whatsapp relatati mat-traffikar tad-droga.

F’messaġġ minnhom kienet tidher kwantità ta’ droga fuq il-pala tal-id tat-traffikant, li bagħat ir-ritratt lix-xerrejja biex jurihom x’għandu għall-bejgħ.

Ir-ritratt li bih inqabad it-traffikant tad-droga

Għalkemm fir-ritratt kienu jidhru biss partijiet żgħar mis-swaba’, evidenza oħra wasslet lill-Pulizija għar-raġel, li meta tteħdulu l-marki tas-swaba’ kienu jaqblu ma’ dawk tar-ritratt.

Il-Kap tad-dipartiment forensiku ta’ Wales qal mal-midja li dan il-każ kien fetaħ possibilitajiet ġodda u tama għal każijiet mhux solvuti, bl-investigaturi li qed jibgħatu ħafna ritratti fejn jidhru partijiet mill-idejn biex ikunu analizzati mill-forensika.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt irġiel spiċċaw fl-idejn meta kienu abbord ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Prestwick fi Glasgow għal Tenerife. Filmati miġbuda minn passiġġiera li kienu fuq l-ajruplan juru raġel bid-demm ma’ wiċċu wara…

Ambjent

Balena li nġarret mejta mal-kurrent fil-Filippini xxokkjat lir-riċerkaturi meta sabu li fl-istonku tagħha kellha mal-40kg plastik. Il-ħaddiema ta’ D’Bone Collector Museum kitbu fuq Facebook li l-balena kellha l-istonku mimli plastik,…

Barranin

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha. Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha. F’Diċembru, 2016, Emma Letts,…

Barranin

Il-Forzi tas-Sigurtà Olandiżi arrestaw Tork ta’ 37 sena suspettat li kien l-agressur fi sparatura fil-belt ta’ Utrecht, li ħalliet tliet persuni mejta u ħamsa oħra midruba. L-aggressur huwa raġel Tork…

Aktar