Barranin
Traġedja oħra għall-komunità The Fast and the Furious

Il-filming tal-film ċelebri The Fast and the Furious 9 waqaf ħesrem hekk kif seħħ inċident gravi fuq is-sett wara li l-istunt man tal-attur Vin Diesel spiċċa f’koma.

Joe Watt, li kien jirreċta l-aktar xeni perikolużi tal-film flok l-attur Vin Diesel, spiċċa ħażin hekk kif ittieħed b’urġenza l-isptar Royal London wara li waqa’ minn ogħli ta’ 9 metri.

Ġie rrappurtat li Vin Diesel jinsab taħt xokk qawwi u telaq minn fuq is-sett imbikkem.

Watts qiegħed rikoverat l-isptar bi ġrieħi serji f’rasu.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-gvern Spanjol offra li jilqa’ l-107 immigrant abbord il-bastiment Open Arms fil-port ta’ Algeciras. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-gvern Taljan irriftjuta li jdaħħal l-immigranti f’port sigur tal-pajjiż bil-gvern Spanjol…

Barranin

Waiter qrib Pariġi nqatel fi sparatura minn klijent li allegatament kien irrabjat għaliex is-sandwich li ordnat ma kinx ipreparat malajr. Il-pulizija qalet li għaddejja investigazzjoni dwar il-qtil li seħħ il-Ġimgħa…

Barranin

L-aħwa Muhammad niżlu biex jiffriskaw fix-xmara Iseo, f’Bergamo meta tnejn minnhom inbelgħu mill-ilma. Hassan u Waqas Muhammad tilfu ħajjithom wara li għerqu fix-xmara Iseo. L-aħwa, għalkemm ma kienux jafu jgħumu,…

Barranin

Jean-Claude Juncker kellu jtemm il-btala fl-Awstrija ħesrem hekk kif kellu jiddaħħal b’urġenza l-isptar. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, li għandu 64 sena, kellu jmur lura l-Lussemburgu biex jiġi operat b’urġenza fil-bużżieqa tal-marrara….

Aktar