Traġedja oħra qrib Lampedusa: 27 u aktar mejta

F’konferenza tal-aħbarijiet tard illejla, l-Prim Ministru Joseph Muscat ikkonferma li sa issa ttellgħu 27 kadavru mill-baħar f’Lampedusa – u qal li n-numru mistenni jkompli jikber tant li ta struzzjonijiet biex tinfetaħ il-kamra mortwarja tal-Isptar San Luqa biex ikun hemm fejn ipoġġu l-kadavri kemm-il darba l-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei ma tesgħahhomx.

Dr Muscat ikkonferma li 150 persuna ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta – nies li huwa sejjaħ “eroj” – waqt li 56 inġabru mill-qawwiet Taljani. Iż-żewġ gvernijiet qed jikkollaboraw flimkien biex kemm jista’ jkun jiġu salvati immigranti tant li fuq il-lanċa tal-FAM hemm tabib biex jara li dawk li ġew salvati huma f’qagħda li jifilħu l-vjaġġ ta’ 10 siegħat biex jitwasslu Malta. Jekk le, jittieħdu jew Lampedusa jew direttament lejn Sqallija għall-kura.

Mil-lat politiku, qal il-PM, kellu taħdidiet sa ftit qabel il-konferenza tal-aħbarijiet mal-PM Taljan Enrico Letta. Huwa qal li “aħna ilna li għamilna l-wake-up call dwar dan is-suġġett.”

Tenna li Malta se tibqa’ ssegwi l-obliġi tagħha. “Issa fil-Kunsill tal-UE li jmiss ġimgħatejn oħra se nitkellmu dwar dan u jienu mhux lest nisma’ kliem biss. Mhux se ngħid li jien sodisfatt jekk ma jkunx hemm aktar mill-kliem. Lest nisma’ l-proposti li għamlet anke l-Kummissarju Malstrom u lesti ngħinu lil-Libja u t-Tunezija biex ma jkomplux joħorġu nies minn xtuthom.”

Dr Muscat qal li “aħna fruntiera tal-Ewropa” u “mhux lesti naċċettaw biss statements of intent. Jeħtieġ azzjoni diretta u ż-żewġ partiti jitkellmu b’vuċi waħda. L-obliġi se nġorruhom izda se nkunu sodi”.

Meta wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Dr Muscat qal li lest jgħin lil-Libja dwar dan għax ħaddieħor “ħsiebu biss f’affarijiet oħra”.

Ir-regoli tal-Frontex dwar ir-rules of engagement  ma jagħmlux sens, temm jgħid.

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Aktar